Progett EkoSkola / EkoSkola Project

Bħal ħafna skejjel f’Malta u Għawdex, l-iskola tagħna tifforma parti mill-proġett EkoSkola, proġett li għandu l-għan li jxerred is-sens ta’ għarfien u responsabbiltà lejn l-ambjent ta’ madwarna b’mod partikulari fl-iskola. Il-kumitat tal-EkoSkola huwa magħmul mill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti. Il-proġett EkoSkola jinvolvi stadji differenti fit-twettieq tiegħu. Huwa proġett kontinwu u għalhekk dejjem ikun hemm żviluppi ġodda għal titjib fl-ambjent ta’ l-iskola tagħna.

Similarly to a number of schools in Malta and Gozo, our school forms part of the EkoSkola project, a project aiming to instill a sense of awareness and responsibility for the environment around us, in particular at school. The EkoSkola committee is made up of the members of the Students' Council. The EkoSkola project involves different stages in its development. Being an ongoing project, there are always new developments for improvement in the environment of our school.